Nirien fil-kumpless tan-Nar ta’ San Ġużepp f’Ħal Għaxaq

Read in English.

Membri tal-Protezzjoni Ċivili ġew imsejħa fis-satra tal-lejl wara li splużjonijiet u duħħan mill-kamra tan-Nar ta’ San Ġużepp f’Ħal Għaxaq, ġibdu l-attenzjoni tan-nies li joqogħdu fil-viċin l-kamra li tinsab qrib Birżebbuġa.

L-isplużjonijiet seħħew għall-ħabta tas-1.15am u fuq il-post waslu wkoll membri tal-Explosive Ordinance Disposal Unit tal-Forzi Armati filwaqt li ġie kkonfermat li dak l-ħin ma kien qed jinħadem l-ebda nar u lanqas kien hemm persuni ġewwa.