Nirien fi kċina f’San Ġiljan

Il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili taw għajnuna immedjata wara nirien li żviluppaw fi kċina ta’ stabbiliment f’San Ġiljan.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fil-11.05am fi Triq Dragunara. Jidher li n-nar żviluppa minn fryer u ġie kkontrollat fi ftit ħin.

Ħadd ma ndarab kawża ta’ dan l-inċident.