Nirien f’garaxx f’Ħaż-Żebbuġ

Protezzjoni Civili

Ħadd ma ndarab wara li żviluppaw niried f’garaxx f’Ħaż-Żebbuġ.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fi Triq Ħali fil-11.30am.

Fuq il-post issejħu l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jitfu n-nirien. Mhux ikkonfermat minn fejn oriġinaw in-nirien.