Aġġornata: Nirien f’dar fil-Gżira

Christoph Schwaiger

Nirien ħakmu dar fil-Gżira llejla.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliem għall-Pulizija li spjega li l-każ seħħ fi Triq ix-Xatt għall-ħabta tas-6.15pm. Fuq il-post issejħu l-Pulizija u l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili.

Jidher li n-nar oriġina minn borma li tħalliet fuq in-nar sakemm sid id-dar kien barra. Ħadd ma weġġa’ kawża tal-inċident.