Nirien f’dar f’Birkirkara

Arkivji

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ntalab jassisti llum waranofsinhar minħabba nirien f’residenza f’Birkirkara.

Il-każ seħħ ftit wara l-4pm fi Triq Costantino.  Fid-dar kien hemm raġel, madanakollu rnexxielu joħroġ u ma kellux bżonn assistenza medika.

In-nirien intfew mill-membri tat-tifi tan-nar.