Nirien f’appartament f’Buġibba; evakwati xi nies

Christoph Schwaiger

Nirien ħakmu xi appartament kmieni dalgħodu. Dan wassal sabiex jiġu evakwati xi nies.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-każ seħħ fi Triq l-Isponoż fit-8am. Spjegat li l-appartament kien vojt iżda ġew evakwati xi persuni mill-blokka.

Mara anzjana ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza minħabba li belgħat xi dħaħen.

Kelliem għall-Protezzjoni Ċivili kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li bħalissa hemm inkjesta għaddejja dwar il-każ. Madanakollu qal li ma setgħax jikkonferma aktar dettalji.