Ritratti: Nirien f’showroom l-Imrieħel

Membri tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu fi Triq it-Territorials, fiż-żona industrijali tal-Imrieħel wara li żviluppaw xi nirien fi stabbiliment li kien jintuża bħala showroom tal-karozzi. 

Fuq il-post waslu wkoll membri tal-Korp tal-Pulizija u ħaddiema mill-Korporazzjoni Enemalta li taw l-assistenza.

Għadu mhux magħruf x'ikkaġuna n-nirien li żviluppaw għal ħabta tat-8 ta' filgħodu. 

Il-membri tal-Protezzjoni Ċivili nstallaw ukoll tagħmir li permezz tiegħu taffew id-dħaħen. 

Ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident. Għalkemm fix-showroom kien hemm xi ħaddiema li ħarġu barra meta ndunaw bin-nirien.