Aġġornata: Nirien f’residenza f’San Ġiljan

Membri tal-protezzjoni ċivili u membri mad-dipartiment tat-tifi tan-nar dalgħodu ssejjħu għal għajnuna f’San Ġiljan. Jidher li kien hemm xi nirien f’residenza f’din l-istess lokalita’.

In-nar beda fis-7:35am u nfirex f’diversi partijiet tad-dar. Hu mifhum li dan in-nar beda mill-main tad-dawl ta’ din ir-residenza. Ġewwa kien hemm żewġ persuni u anke xi annimali, fosthom kelb u qattus. Il-kundizzjoni tal-persuni għadha mhix magħrufa.

Waħda mir-residenti ttieħdet l-isptar Mater Dei għal iktar kura.