Filmat: Nirien f’lukanda fix-Xlendi

Ftit tal-ħin ilu, nirien ħakmu lukanda fix-Xlendi.

Minn informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt  in-nirien bdew għal ħabta tat-8.20 pm fil-lukanda St Patrick's.

Membri tal-Protezzjoni Ċivili jinsabu fuq il-post biex jitfu n-nirien.

Persuni li jinsabu fuq il-post qalu ma’ Newsbook.com.mt li qed jiġu evakwati n-nies li jinsabu fil-lukanda u li mill-entratura tal-lukanda jidher ħiereġ id-duħħan.