Nirien f’kamra l-Armier jeqred kollox

Nirien ħakmu boathouse fl-Armier dalgħodu għall-ħabta tas-7.30am.
Sorsi infurmati qalu lil Newsbook.com.mt li b’kawża ta’ dan dak kollu li kien hemm fil-kamra nqered, inklużi żewġ karozzi. Il-bini ta-kamra ġarrab ġsarat estensivi.
Qalulna wkoll li aktarx persuni daħlu fil-kamra u qabbdu n-nar.
Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li fuq il-post issejħu l-Membri tal-Protezzjoni Ċivili.
Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.