Aġġornata: Ma jweġġa’ ħadd f’dar li qabdet fl-Isla

Ħadd ma weġġa' meta dar jew parti minn dar fi Triq iż-Żewġ Mini fl-Isla ħadet in-nar dalgħodu.
Sorsi fuq il-post qalu dan lil Newsbook.com.mt.
Kelliema għall-Pulizija kkonfermat l-inċident, u qalet li membri mill-Korp u minn tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post biex jagħtu l-għajnuna.
L-inċident seħħ ftit wara l-10am. 
Ritratt: Arkivji