Nirien f’dar fl-Isla; Kollox beda minn taġen

Dar fl-Isla ħadet in-nar wara li l-persuni li joqgħodu fiha ħarġu u nesew it-taġen jaqbad fuq in-nar.
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili mar fir-residenza li tinsab fi Triq il-Maċina, għall-ħabta tal-11am, fejn kellhom jiżgassaw il-bieb tad-dar sabiex jitfu n-nirien, hekk kif instab li ma kien hemm ħadd fir-residenza.
Għal din ir-raġuni ħadd ma weġġa' f’dan l-inċident.
Il-ħaddiema tas-salvataġġ ħadmu sabiex jitfu n-nar filwaqt li jnaqqsu d-duħħan Ii ħakem id-dar.
Ritratt: Dekorady