Nirien f’Burmarrad

Għal ħabta tas-sebgħa ta’ filgħodu ġew rappurtati nirien fi Triq l-Imdawra, f’Burmarrad.

Il-Pulizija marret fuq il-post fejn irriżulta li karozza ġarrbet ħsarat b’kawża tal-istess nirien. Huwa mifhum li l-istess karozza kienet irrappurtata misruqa lbieraħ mill-Mosta.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.