Nirien Awstralja: Tard wisq li jiġu evakwati aktar żoni

AAP Image/James Ross via REUTERS

Read in English.

In-nirien komplew jaħkmu diversi partijiet tal-Awstralja bl-aktar partijiet milqutin ikunu dawk mal-kosta fix-Xlokk tal-pajjiż.

Il-pumpiera komplew jaħdmu biex isalvaw aktar ħajjiet u propjetajiet hekk kif qed isibu temperaturi għoljin u riħ li flok inaqqas qed jgħin biex jinfirxu n-nirien.

Sa issa, fl-istat ta’ Victoria kien hemm 19-il nar li kienu kklassifikati bħala emerġenza filwaqt li f’New South Wales kien hemm 11 b’aktar minn 100 nirien iżgħar mifruxin f’dawn l-istati.

L-uffiċjali tat-tifi tan-nar wissew li issa huwa tard wisq biex jiġu evakwati xi nies u għaldaqstant ħeġġew biex isibu rifuġju min-nar.

Il-Gvern Awstraljan għamel diversi appelli biex suldati jgħinu lill-pumpiera filwaqt li ntbagħat it-tielet bastiment biex jgħin f’din il-kriżi umanitarja u ta’ diżastru.