Nirien Awstralja: Il-PM jipproponi inkjesta fuq ir-reazzjoni tal-awtoritajiet

A wallaby eats after NSW's National Parks and Wildlife Service staff air-dropped carrots and sweet potatoes in bushfire-stricken areas around Wollemi and Yengo National Parks, New South Wales, Australia January 11, 2020.

Wara ġimgħat ta’ kritika fil-konfront tal-Prim Ministru Awstraljan Scott Morrison minħabba l-aġir tiegħu dwar in-nirien fl-Awstralja, illum ħabbar li se jipproponi li jsir assessjar nazzjonali tad-diżastru li ħa ħajjet uffiċjal tat-tifi tan-nar ieħor.

In-nirien ilhom għaddejjin għal kważi tliet xhur, u qatlu 28 persuna, filwaqt li 2,000 familja spiċċat bla saqaf fuq rasha. Apparti minn dan, in-nirien ħadu meded kbar ta’ art u qatlu eluf ta’ annimali. Il-kriżi kulma jmur qed issir iżjed politika.

F’kummenti li ta lill-istazzjon tat-televixin ABC, Morrison qal li hemm bżonn ovvju ta’ assessjar nazzjonali tas-sitwazzjoni u tar-rispons lejn is-sitwazzjoni. Qal li beħsiebu jipproponi dan lill-Kabinett, ġaladarba dan l-assessjar isir b’konsultazzjonijiet mal-istati u t-territorji.