“Nippreżentalkom lil George” – Ben

Ritratt: Facebook/BenCamille

Awguri lill-preżentatur u attur Ben Camille li sar missier għat-tieni darba hekk kif il-mara tiegħu Xtina kellha tifel, li huma se jkunu qed isemmu George.

“Ħbieb tiegħi, bi pjaċir kbir, nippreżentalkom it-tarbija tagħna … George” kiteb Ben Fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook waqt li ħabbar ukoll li martu Xtina tinsab b’saħħitha. Ben irringrazzja wkoll lil dawk kollha li bagħtulhom messaġġ.

Il-koppja għandhom diġà tifla, Elle, li twieldet f’Diċembru tal-2018.

Awguri lil din il-koppja f’okkażjoni tal-wild ġdid fil-familja tagħhom.