Filmat: “Nippreġudika l-pożizzjoni tal-Gozo Channel jekk inwieġeb għall-mistoqsijiet parlamentari”

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li tkun qed tippreġudika l-pożizzjoni tal-Gozo Channel jekk inwieġeb għall-mistoqsijiet parlamentari li sarulha dwar il-fast ferry.
Il-Ministru qalet li minn pariri li ħadet mill-Gozo Channel jidher li tkun qed tippreġudika l-pożizzjoni tagħhom għax hemm interessi sensittivi.
Caruana qalet dan fl-aġġornament tal-Parlament dwar il-mistoqsijiet parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Chris Said fl-aħħar jiem.
Qalet li bħala deputati Għawdxin għandu jkollhom l-istess interess li tiġi salvagwardjata l-pożizzjoni tal-Gozo Channel.
Il-Ministru Caruana tgħid li l-Gozo Channel m’għadux monopolju
Il-Ministru qalet li l-Gozo Channel m’għadux monopolu għax spjegat li bħala kumpanija ngħatat is-servizz b’għażla f’kuntratt li ġie ffirmat fl-2011. Spjegat ukoll li minħabba l-liġijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Gozo Channel ma setgħetx tibqa’ monopolju.
Fil-Parlament, il-Ministru Caruana qalet li “hemm min qed juża’ t-tgergir għad-dewmien tal-fast ferry service bl-aktar mod irresponsabbli”.
Fl-aħħar ġimgħat qalet li kienet kawta u se tibqa’ kawta f’dak li tgħid minħabba li għadu għaddej il-proċess tat-tender tal-PSO.
Spjegat li l-Gozo Channel ma tistax titfa’ l-offerta tagħha f’din is-sejħa għat-tender jekk ma jkollix fast ferry. Kien għalhekk, saħqet il-Ministru, li bħala kumpanija privata, il-Gozo Channel ħarġet sdejħa internazzjonali biex tfittex għal sieħeb kummerċjali biex jopera s-servizz tal-fast ferry.
F’dan il-kuntest, il-Ministru fissret li minħabba li hemm appell fuq din is-sejħa, jeħtieġ li jkun hemm prudenza f’dak li jingħad.