“Nippreferi mmut f’nofs baħar milli mmur lura l-Libja”

Migrants rest on board of NGO Proactiva Open Arms rescue boat in central Mediterranean Sea, November 23, 2019. REUTERS/Juan Medina

Read in English.

Immigrant mill-Afrika li riċentament kien salvat minn fuq dingi li kien qed isalpa fil-Mediterran qal li kien jippreferi jmut milli jirritorna l-Libja. Dan jenfasizza d-disperazzjoni li qed timbotta l-mewġa attwali tal-immigrazzjoni lejn l-Ewropa.

Ibrahim Assoumanoue Abdel Azize, li twieled it-Togo, flimkien mas-sieħba tiegħu Fethia Owolabi li hi min-Niġerja u binhom li għandu ħames snin, kienu fost is-73 immigrant li ġew salvati mid-dingi nhar l-Erbgħa li għadda mill-bastiment Open Arms.

L-immigranti li ħafna minnhom huma miċ-Ċentru jew mill-Punent tal-Afrika, kienu qed isalpaw madwar 50 mil ‘l barra mill-kosta Libjana  għal madwar 24 siegħa qabel ma ġew salvati.

Il-familja ta’ Azize telqu minn darhom fin-Niġerja u waslu l-Libja fejn għamlu numru ta’ xogħlijiet għal sagħtejn biex jippruvaw iġemmgħu $1,300 biex setgħu qasmu lejn l-Ewropa.

Azize qal li l-vjaġġ kien riskjuż iżda kellu jsir biex jaħrab mil-Libja.