“Ninsabu kuntenti u mbierka li kellna tifla” – Cameron Diaz

L-attriċi Cameron Diaz u żewġħa Benji Madden lbieraħ ħabbru li saru ġenituri għall-ewwel darba permezz ta’ messaġġ fuq Instagram.

“Is-sena t-tajba mingħand il-Maddens! Ninsabu kuntenti, mbierka w grati li bdejna dan id-diċenju billi nħabbru t-twelid tat-tifla tagħna Raddix Madden,” beda biex igħid dan il-messaġġ.

Ritratt: Instagram

“NMill-ewwel serqitilna qalbna u l-familja tagħna hija kompluta,” żied jgħid il-messaġġ waqt li kitbet ukoll li buiex jipproteġu liċ-ċkejkna tagħhom, huma ddeċidew li ma jippubblikaw l-ebda ritratt tagħha.

Ritratt: Instagram

Cameron u Benji, li hu mużiċist, ilhom miżżewwġġa mill-5 ta’ Jannar tal-2015.