“Ninsabu kburin bik” – Debbie Scerri

Ritratt: Facebook/DebbieScerri

Il-kantanta Debbie Scerri wasslet messaġġ lit-tifla tagħha Nicole Vella li proprju għada s-Sibt 14 ta’ Diċembru se tkun qed tieħu sehem fil-finali tad-69 edizzjoni tal-konkors Miss World li se jsir f’Londra.

“Aħna kburin bik bħala l-ġenituri tiegħek u ċerta li anki Malta hija kburija bik,” kien parti mill-messaġġ ta’ Debbie lil Nicole, li kmieni din il-ġimgħa kienet fost il-ħames tfajliet finalisti fil-fażi tal-Miss World Talent, li ntrebħet mir-rappreżentanta mill-Ġamajka.

Ritratt: Facebook/DebbieScerri

Lejn tmiem is-serata ta’ għada, Vanessa Ponce, ir-rebbieħa tal-aħħar edizzjoni tal-Miss World, se tkun qed tgħaddi l-kuruna lir-rebbieħa tal-edizzjoni ta’ din is-sena.

Il-parteċipanti tal-Miss World 2019. Ritratt: missworld.com

Il-parteċipazzjoni ta’ Nicole fil-konkors tal-Miss World hi grazzi għal Sue Rossi u Claudia Calleja f’isem Modelle International.