“Ninsab qrib l-allegati vittmi ta’ abbuż” – L-Isqof Grech

L-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech f’Komunikat qal li kull każ ta’ abbuż sesswali fuq il-minuri huwa ġerħa profonda fil-Knisja u fis-soċjetà.
Żied jgħid li bħala ragħaj, hu jinsab qrib l-allegati vittmi u l-familjari tagħhom.
Mons. Grech sostna li jagħraf li għandu doveri “kemm lejn is-saċerdoti kollha, anke dawk li jiżbaljaw, kif ukoll lejn il-poplu ta’ Alla, partikolarment lejn il-minuri.”
Saħaq li kif f’dan il-każ segwa l-protokolli indikati mil-liġijiet kanoniċi u ċivili, jiżgura li hekk jagħmel jekk u meta jinqalgħu każijiet oħra simili.
Ilbieraħ qassis żagħżugħ ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li kien akkużat b’abbuż fuq tliet minorenni. Is-seduta nstemgħet fil-magħluq fuq talba tal-avukat difensur Carmelo Galea.