“Ninsab kuntent u kburi li ffirmajt kuntratt ġdid ma’ Arsenal” – Granit Xhaka

Il-midfielder Żvizzeru ta’ 25 sena ffirma kuntratt ġdid għal żmien twil ma’ Arsenal wara li ngħaqad magħhom mingħand Borussia Monchengladbach fl-2016.

Xhaka jinsab mat-tim Żvizzeru fir-Russja u huwa mistenni li jilgħab fl-ewwel logħba tagħhom, li ħa sseħħ nhar il-Ħadd li ġej filgħaxija, kontra l-Brażil f’Rostov Arena. Unai Emery sostna li jinsab kuntent bid-deċiżjoni li ħa Xhaka li jġedded ir-rapport professjonali tiegħu ma’ Arsenal peress li huwa membru importanti fit-tim tal-kowċ Spanjol.

Il-midfielder Żvizzeru rebaħ l-FA Cup fl-ewwel staġun tiegħu u lagħab f’kull logħba ta’ Arsenal fil-Premier League Ingliż matul l-2017-18.

Miġjub lilek minn Hublot