“Ninsab grat għall-aħħar sena” – Duncan

L-attur Duncan Azzopardi llum jiċċelebra għeluq is-37 tiegħu. Twieled bħal-lum, it-2 ta’ Diċembru tal-1983.

Minkejja l-pandemija tal-Covid-19 Duncan illum elenka bosta affarijiet li għamel fl-aħħar sena, fosthom li mar jgħix fid-dar il-ġdida tiegħu, iltaqa’ ma’ klijenti ġodda fil-ħanut tax-xagħar tiegħu fl-Raħal Ġdid, baqa’ jgħix b’mod b’saħħtu, żifen ħafna u anke kompla l-istudju tiegħu.

“Iżda kelli wkoll xi diżappunti. Fdajt f’persuni li wrewni li kienu foloz u tfajt ħafna enerġija f’postijiet ħżiena u għaldaqstant il-prijoritajiet li kelli sfaxxaw. Madanakollu naħseb li dan huwa parti mill-vjaġġ tiegħi,” ikkummenta hu.

Lil Duncan nafuh minn bosta sensiliet televiżivi bħal Erwieħ Imsakkra, Is-siġill tal-qrar, Dellijiet, L-Evanġelisti, F’Salib it-Toroq, Anġli, Santa Monika, Maskra, Vigilante, Il-Patt u Rifless.

Ħadem ukoll fil-film taċ-ċinema Klassi Għalina Vs Dracula li kellu joħroġ matul din is-sena iżda li ġie pospost minħabba l-pandemija tal-Covid-19.

Nawguraw lil Duncan l-isbaħ xewqat f’għeluq snin.