“Ninsab ferħana se ntir” – Rita Camilleri

Ritratt: Ivan Borg

“Ninsab ferħana se ntir,” ikkummentatilna l-attriċi Rita Camilleri hekk kif saret taf li għadha kif saret nanna għall-ewwel darba. L-attriċi ngħatat l-aħbar waqt li dalgħodu kienet qegħda filming fuq is-sensiela Sorelle li tixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq TVM.

Għal Rita din hi l-ewwel darba għaliha li saret nanna, grazzi għal binha David u t-tfajla tiegħu Bex Tabone. Iċ-ċkejken milli jidher ġie ġimgħa qabel!

Filwaqt li tinsab kuntenta se ttir u ħerqana biex tlesti l-filming, Rita qaltilna li għandha dispjaċir wieħed, dak li oħtha, Anna Pace, li mietet f’Settembru li għadda, ma laħqitux dan il-wild fil-familja.

Kuraġġ Rit! Lesti l-filming u mur iċċelebra mal-familja.

Awguri nanna Rit!