“Ċert li Declan jinsab ħerqan biex jiltaqa’ ma’ ħuh”

Ritratt: Facebook/AngelaScicluna

Oliver Scicluna, il-Kummissarju għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità lbieraħ filgħaxija qasam mas-segwaċi tiegħu fuq Facebook, li l-mara tiegħu Angela tat ħajja lit-tieni wild tagħhom.

Hu qal li kemm it-tarbija kif ukoll Angela jinsabu tajbin. Huma kellhom tifel u se jsemmuh Aidan.

Fil-messaġġ tiegħu, Scicluna kiteb li jinsab ċert li l-ewwel wild tagħhom, Declan, jinsab ħerqan biex jiltaqa’ ma’ ħuh iż-żgħir. Declan kien twieled fl-2016.

Scicluna ddeskriva lill-istaff tal-isptar bħala eroj li jagħtu 1000% darba minn dak li hu mistenni minnhom.

Ritratt: Facebook/OliverScicluna

Awguri lill-familja Scicluna għall-wild ġdid fil-familja tagħhom.