Somma rekord ta’ €29,000 inġabret ilbieraħ waqt il-programm Araniissa li Joseph Chetcuti jippreżenta fuq l-istazzjon One. L-edizzjoni tal-bieraħ kienet waħda b’risq dawk li m’għandhomx dar jew huma orfni fil-Filippini.
“Ninsab bla kliem. Grazzi Malta u Għawdex” ikkummenta l-preżentatur waqt li ħabbar li l-ġbir se jibqa’ għaddej illum meta l-programm jerġa’ jixxandar illum wara nofsinhar fuq l-istazzjon One fil-ħin ta’ 12.30pm.