Ninqlew f’36°C – ixorbu ilma kemm tifilħu

L-Uffiċċju tat-Temp tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ħareġ twissija fuq temperatura għolja b’mod estrem.

Qed jintqal li t-temperatura mistennija tilħaq 36°C. Dan l-avviż huwa relevanti mil-lum sas-1a.m tal-Ħadd.

It-temperaturi għoljin mistennija jkomplu jogħlew fil-jiem li ġejjin. Id-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzzjoni tal-Mard qed jappella lill-pubbliku dwar l-importanza li wieħed jixrob l-ilma kontinwament. Dan hekk kif temperaturi għoljin jikkawżaw it-telf tal-ilma mill-ġisem u jikkawżaw deidratazzjoni kif ukoll għejja kbira. Għalkemm is-sħana taffettwa lil kulħadd, qed ikun appellat biex persuni partikolari, forsthom anzjani, trabi u tfal żagħar joqgħodu attenti aktar.

Biex wieħed jevita l-effetti tas-sħana qawwija għandu:

  • Ma joqgħodx fis-sħana billi ma joqgħodx barra fix-xemx, speċjalment bejn l-10am u l-4pm.
  • Joqgħod ġewwa f’postijiet friski.
  • Jixrob ilma b’mod regolari u jevita ikel sħun.
  • Huwa mportanti li wieħed iżur anzjani li jgħixu weħidhom jew li huma morda biex jiċċekkja li m’humiex f’periklu mis-sħana.