“Nimxi fuq kliem Fenech Adami – ‘Il-politiku jservi'” – Cutajar

Il-Membru Parlamentari qal li bħala rappreżentant tal-poplu Malti u Għawdxi fil-Parlament, għandu f’moħħu kliem Eddie Fenech Adami, “Il-politiku jservi,” u beħsiebu jaddotta din il-frażi fil-ħidma tiegħu.

Dan kien l-ewwel kliem ta’ Cutajar fuq il-midja soċjali wara li ħa l-ġurament tal-ħatra bħala Membru Parlamentari lbieraħ. Qal li l-10 ta’ Ġunju tal-2019 se jibqa’ jum memorabbli għalih.

Cutajar qal li dan hu r-riżultat mhux tiegħu waħdu, iżda grazzi wkoll għal ħafna nies li għenuh. Huwa kiteb li jixtieq li n-nies li jappoġġjawh jagħdruh u jikkoreġuh meta jiżbalja.

L-10 ta' Gunju 2019 ser jibqa wiehed mill-jiem memorabbli ta' hajti u dan ghax fiha hadt il-gurament bhala Membru…

Posted by Kevin Cutajar on Monday, June 10, 2019

Filmat: “Lest li nservi fejn Delia jaħseb l-aħjar” – Kevin Cutajar

Ilbieraħ, ftit wara li ħa l-ġurament tal-ħatra, Cutajar tkellem fuq il-programm Follow-Up fuq RTK 103FM, ippreżentat minn Sylvana Debono, u qal li lest li jservi fil-qasam li fih jaħseb li għandu jservi l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia.