Awdjo: Niltaqgħu ma’ Dun Karm Portelli, Direttur Uffiċċju Missjunarju MISSIO f’Għawdex

Meta Dun Karm Portelli minn Nadur, Għawdex, ġie mitlub biex imexxi l-uffiċċju tal-MISSIO ġewwa Għawdex, ma sabhiex bi tqila biex jaċċetta. Ħuh Dun Raymond huwa Missjunarju ġewwa Iquitos fil-Peru’, u kien jaf eżatt kemm huma kbar il-bżonnijiet tal-Missjunarji li jmorru jxandru l-Vanġelu ta’ Kristu f’artijiet foqra tal-missjoni.
F’dan il-Jum Missjunarju, Dun Karm jitkellem ma’ Dun Keith Bonnici dwar ix-xogħol tal-MISSIO ġewwa l-gżira Għawdxija.
Jgħidilna fuq l-esperjenzi li diversi żgħażagħ Għawdxin għamlu mas-sorijiet ta’ Madre Teereża ġewwa Bari fl-Italja fis-Sajf li għadda. Ifaħħar il-ġenerożita tal-Għawdxin u l-Maltin fejn tidħol il-Missjoni u jagħmel appell għal aktar ġenerożita’ fl-envelopes u l-ġbir għall-Missjoni li jsir tul dan il-weekend.
Segwi Għidli Dwarek ma' Dun Keith Bonniċi fuq RTK kull nhar ta' Ħadd fit-8:30am. Ara l-aħħar episodju hawn: