Niltaqgħu mal-Inġinier Robert Buhagiar, bennej u restawratur tal-orgnijiet

Robert Buhagiar, minn Ħaż-Żabbar, jistqarr li bħala tifel ta’ tlettax-il sena kien imur il-knisja u b’widna waħda jisma’ ‘l qassis u b’widna oħra kien moħħu fl-orgni li kien jindaqq.
Wara li gradwa bħala inġinier mill-Universita’ ta’ Malta, Robert għadda sena l-Italja jitgħallem kif jibni u jirrestawra l-orgnijiet mal-istess ditta li kienet bniet l-orgni li hemm fil-Ko-Kattidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
Robert jispjega kif wara li ħadem fuq l-orgni ta’ Ħaż-Żabbar, irrestawra diversi orgnijiet mxerrdin ma’ knejjes f’Malta u Għawdex.
Waqt il-programm Għidli Dwarek ma' Dun Keith Bonniċi fuq RTK Robert jitkellem dwar xi jfisser l-orgni għalih u kif ġietu n-namra li jibni w jirrestawra l-orgnijiet. Jitkellem ukoll dwar l-‘Organ transplant’ li għamel biex ġab orgni minn Trieste, irrestawrah u kabbru, u kif dan l-orgni llum iżejjen il-Knisja tal-Balluta.
Segwi Għidli Dwarek ma' Dun Keith Bonniċi fuq RTK nhar il-Ħadd li ġej fit-8:30am