Fuq 103: Niltaqgħu ma’ min lest iżomm immigrant id-dar

Read in English.

Min lest jilqa’ immigrant id-dar? Newsbook Hour fuq l-istazzjon tar-radju 103 Malta’s Heart is-Sibt filgħodu bejn id-9am u l-10am illaqqa’ lis-semmiegħa ta’ 103 u lill-qarrejja ta’ Newsbook.com.mt ma’ żewġ persuni li lesti li jżommu immigrant għandhom. Għala lesti jagħmlu hekk? Ma jibżgħux li jista’ jkollu xi mard? U din mhux sikkatura żejda?

Jieħdu sehem fid-diskussjoni: Prof Albert Borg, Phyllisienne Brincat, Giorgia Linardi u Peppi Azzopardi.

L-NGOs li hawn fil-Mediterran qegħdin hemm biex isalvaw lin-nies jew huma konfoffa mat-traffikanti u jagħmlu hekk biex iħaxxnu bwiethom? Veru li dawn moħħhom biss biex iħammġu isem Malta?

Tul il-pandemija l-Knisja x’qed tagħmel biex tgħin lin-nies? Jew paroli biss? Newsbook Hour jitkellem mal-Isqof Joseph Galea Curmi.

Newsbook Hour fuq 103 u Newsbook.com.mt ikun ippreżentat minn Fr Joe Borg