“Nilqgħu fostna lil Ċikka Buhagiar” – Sean

Il-poduttur ta’ bosta produzzjonijiet teatrali Sean Buhagiar ħabbar lli proprju lbieraħ, hu u l-mara tiegħu Marilù (Marie Louise) saru ġenituri għall-ewwel darba. Il-koppja ilha miżżewġa minn Settembru tal-2014.

Filwaqt li Sean jaħdem l-aktar minn wara ‘l kwinti u wasslilna bosta produzzjonijiet kbar fosthom Il-Kbir Għadu Ġej, Marilù ħadet sehem f’bosta produzzjonijeit bħal Balzunetta Towers. Hija wkoll tispeċjalizza fl-ikel u mhxu l-ewwel darba li twasslu wkoll filmati tagħha taqsam xi riċetta.

Fil-messaġġ tiegħu, Sean qal li Ċikka twieldet proprju fil-ġurnata li kienet mistennija, filwaqt li rringrazzja lil kull min awguralhom malli sema’ bl-aħbar.

Bħalissa qed jippruvaw ilaħħqu ma’ Ċikka u għaldaqstant talab lil kull min awguralhom biex jaħfrulhom għax mhux ilaħħqu mal-messaġġi.

“Fuq kollox, il-mamá u Ċikka jinsabu tajbin u qed jiġu f’tagħhom,” temm jgħid il-messaġġ.

Awguri lil Sean u lil Marilù għat-twelid taċ-ċkejna Ċikka.