Nike twaqqaf il-kuntratt lil Oscar Pistorius

Il-kumpanija Nike iddeċidiet li twaqqaf il-kuntratt mal-atleta Oscar Pistorius, li qed ikun akkużat bil-qtil tat-tfajla tiegħu. Il-kumpanija qalet li l-atleta ħaqqu smigħ xieraq u se tkun qed issegwi kollox. Jumejn ilu n-Nike ħabbret li m’għandha l-ebda ħsieb li tagħmel iktar riklami fejn jidher Pistorius.

Il-familja tal-atleta ddeċidiet li minħabba kif ġraw l-affarijiet, il-websajt uffiċjali tiegħu se tibda tintuża biex tippubblika aħbarijiet u anke messaġġi ta’ solidarjetà. Qrabatu qalu li l-ġurnalisti e jkunu jistgħu jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom fuq il-websajt.

Bħalissa Oscar Pistorius qed jinżamm arrestat f’ċella li tinsab fl-għassa tal-pulizija ta’ Brooklyn fil-belt ta’ Pretoria, fl-Afrika ta’ Isfel. Fl-għassa m’hemmx sodod u għalhekk Pistorius qed ikollu jorqod mal-art.

F’kummenti li l-Kmandant tal-Pulizija ta lir-rivita Afrikana Beeld, qal li f’ċertu mumenti, Pistorius kellu jaqsam iċ-ċella ma’ ħaddieħor.