Nightclubs u bars fil-Portugall jistgħu jiftħu iżda mingħajr żfin

Read in English.

Clubbers fil-Portugall imxennqin biex jibdew jinsew il-coronavirus se jkollhom jistennew ftit iżjed biex jiżfnu mal-mużika hekk kif filwaqt li n-nightclubs jistgħu jibdew jiftħu mis-Sibt li ġej, dawn se jkollhom jibdew jagħlqu iżjed kmieni mis-soltu u mingħajr l-użu ta’ dancefloors.

Il-Gvern Portugiż nhar il-Ħamis ħabbar li bars u nightclubs jistgħu jibdew jiftħu mill-ġdid jekk jixtiequ, iżda bl-istess regolamenti li japplikaw għall-ħwienet tal-kafe u l-ifran. Dawk f’Lisbona se jkollhom jagħlqu fit-8 ta’ filgħaxija filwaqt li l-kumplament madwar il-pajjiż, sas-1.00 ta’ filgħodu.

In-nightclubs, li kienu sfurzati jagħlqu f’Marzu minħaba l-lockdown sabiex tkun miġġielda l-coronavirus, jistgħu jużaw l-ispazju tad-dancefloor għal imwejjed fejn in-nies jistgħu ipoġġu biex jieklu – dejjem sakemm ir-regoli ta’ distanza soċjali jibqgħu rispettati.

“Issa hemm possibiltà li stabbilimenti bħal bars joperaw bħal fran jew ħwienet tal-kafé,” qalet il-Ministru għall-Affarijiet tal-Kabinett Mariana Vieira da Silva waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet, filwaqt li żiedet tgħid li għad m’hemmx il-kundizzjonijiet biex l-istabbilimenti ta’ divertiment jerġgħu lura għal negozju normali minħabba li għadu jeżisti r-riskju għoli ta’ kontaġġjon.

Is-sidien ta’ dawn in-negozji jinsabu inkwetati dwar il-ġejjieni ta’ dan is-settur u l-kapaċità ta’ l-industrija li tmantni l-impjiegi u għalhekk, din id-deċiżjoni ma tantx niżlet tajjeb.

“Dan ma jistax ikun minnu,” qal Hugo Cardoso, il-president ta’ assoċjazzjoni li tirrappreżenta nightclubs u barsmadwar il-pajjiż fuq l-istazzjon tar-radju Renancenca. “Nightclub li jagħlaq fit-8 ta’ filgħaxija? Nightclub li jagħlaq qabel ma n-nies jibdew jaslu?”

Antonio Fonseca, president ta’ assoċjazzoni simili f’Porto, it-tieni l-akbar belt fil-Portugall, huwa w jitkellem fuq l-istazzjoni Portugiż RTP fisser din id-deċiżjoni tal-gvern bħala “ridikola”.

“Ma tagħmilx sens,” kompla jgħid.

Il-Portugall għall-bidu kien ġie mfaħħar għar-rispons mgħaġġel li wettaq fil-konfront tal-pandemija, iżda ż-żieda ta’ xi mijiet ta’ każi ġodda kuljum matul dawn l-aħħar xaharejn f’Lisbona u l-inħawi ta’ madwarha beda jinkwieta lill-awtoritajiet.

L-awtoritajiet qalu li l-għadd ta’ każijiet fiż-żoni effettwati niżel, u li dan wassal lill-gvern biex minn stat ta’ “kalamità” jiddikkjara d-19-il żona ċivili madwar Lisbona għall-kategorija ta’ “kontinġenza”, l-istess livell tal-kumplament taż-żona metropolitana madwar il-belt.