“Niġġieldu, nidħku imma ma ngħaddux mingħajr xulxin”

Awguri lill-attur Andy Catania u martu Christine li llum l-1 ta’ Awwissu qed jiċċelebraw il-ħames sena anniversarju miż-żwieġ tagħhom.

Huma kienu ltaqgħu f’laqgħa tal-kunsill qabel ittellgħet il-Phantom of the Opera f’Couve Port u l-ewwel date tagħhom kien fil-festa tal-Birgu, wara li kien daħal San Lawrenz.

F’messaġġ fuq il-paġna tagħha fuq Facebook, Christine fakkret lil Andy li bħal-lum ħames snin ilu, fi sħana taqli l-ankri kienu wegħdu mħabbithom lil xulxin.

“Niġġieldu, nidħku iżda jkollna nammettu li ma ngħaddux minuta mingħajr xulxin,” kompliet tikteb hi.

Andy, li hu magħruf għall-parti ta’ Gino fis-sensiela Klassi Għalina, ħadem f’bosta produzzjonijiet oħra, fosthom Santa Monika.

Il-koppja għandhom ukoll tifel.

Nawgurawlhom l-isbaħ xewqat f’dan il-jum tant speċjali.