Niġerjana mejta lliċenzjat ruħha mill-Isptar

Tfalja Niġerjana ta’ 23 sena illiċenzjat ruħha mill-Isptar kontra l-pariri tat-tobba, ftit tas-sigħat qabel ma nstabet mejta f’apartament f’ Għawdex.

Rapport lokali qalu li t-tfalja ndaħħlet l-Isptar Ġenerali t’ Għawdex b’uġiegħ fl-istonku l-Ġimgħa fil-għaxija. Xi qraba tal-vittma marru biex iżuruha s-Sibt filgħodu iżda t-tfajla kienet diġa d-dar.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li membri tad-distrett marru fuq il-post u issejħet ambulanza biex tagħti l-ewwel għajnuna, iżda t-tfajla ġiet iċċertifikata mejta. Il-katavru nstab ġewwa Triq il-Kapuċċini fir-Rabat Għawdex.

L-awtopsja mistennija tikkonferma li l-t-tfalja mietet mewta naturali.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjoni tagħha.