Niġerjan jipprova jdaħħal id-droga f’Malta

Il-Pulizija qed iżżomm taħt arrest raġel Niġerjan ta’ 24 sena residenti Trieste, b’konnessjoni ma’ sejba ta’ droga Kokajina.

Dan wara ħidma minn Uffiċjali tad-Dwana u l-Pulizija fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

In-Niġerjan kien għadu kif wasal Malta minn Brussell fejn instab li kien qed iġorr ammont ta’ kapsoli bid-droga, ġewwa l-persuna tiegħu.

Hu maħsub li kien qed iġorr madwar 500 gramma kokaina.

Is-sejba saret b’ħidma minn Uffiċjali tad-Dwana b’kordinazzjoni mal-Pulizija tat-Taqsima ta’ Kontra d-Droga.  

Il-Maġistrat tal-Għassa kienet infurmata bis-sejba u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

In-Niġerjan jinsab arrestat u mistenni li jitressaq il-Qorti.