​Isib kartiera b’€400 u ma joqgħodx bi kwietu qabel ma’ jsib ta’ min hi

Niġerjan li sab kartiera b’€400 fiha ma qagħadx bi kwietu qabel ma’ sab ta’ min kienet u rritornaha lura minnufih.
Simon Gatt li tilef il-kartiera ġimgħa ilu, spjega fuq Facebook li n-Niġerjan Obi kien fuq l-istess karozza tal-linja li kienet sejra mill-Mosta għaż-Żejtun.
Simon kiteb li meta kien fuq l-istage tal-Bombi waqgħatlu l-kartiera mill-but ta’ wara.
Meta Obi sab il-kartiera u raha l-flus li fiha ra kif għamel biex isib lil sidha.
B’xorti tajba fil-kartiera kien hemm irċevuta bin-numru ta’ Simon.
Huma ftehmu li jiltaqgħu Ħaż-Żabbar biex Simon jiġbor il-kartiera.
Simon spjega li dan il-ġest ħallih bla kliem u qal li ma setax jirringrazzjah biżżejjed.