Niġerjan b’sentenza sospiża wara li ammetta li kellu permess falz

Niġerjan ta’ 35 sena ngħata s-sentenza ta’ sena priġunerija sospiża għal tliet snin wara li ammetta li kellu permess Taljan għar-residenza falz.
Huwa ġie arrestat meta kien se jitlaq minn Malta lejn Bari fl-Italja.
Fil-Qorti ntqal li kien qed jistenna li jirċievi l-permess imġedded iżda meta kien Napli partat il-permess falz ma’ mowbajl.
Intqal ukoll li l-immigrant ikkopera fl-investigazzjoni tal-Pulizija. Huwa se jiġi deportat lejn l-Italja.