Niġerja: Splużjoni toqtol 25 persuna

Splużjoni fin-Niġerja ħalliet 25 persuna mejta.
Il-bomba kienet fil-mira tal-kleriku Iżlamiku Dahiru Bauchi li kien qed jivjaġġa fil-belt ta’ Kaduna.
Madankollu, ma weġġax fl-isplużjoni.
Il-grupp militanti Iżlamiku Boko Haram kien il-moħħ wara numru t’attakki fin-Niġerja mill-2009, iżda għadu mhux magħruf minn kien wara l-aktar attakk riċenti.