Niġerja: Irġiel armati joqtlu 100 persuna minn 3 villaġġi

Fin-Niġerja, minn tal-inqas 100 persuna nqatlu fl-istat ta’ Kaduna waqt attakk b’rabta ma’ kunflitt bejn gruppi etniċi.
Jidher li grupp ta’ persuni armati daħlu fi tliet villaġġ u qatlu b’mod brutali għadd ta’ residenti. Ħafna mill-vittmi kienu maħruqa ħajjin tant li qed ikun diffiċili biex jiġu identifikati.
S’issa għadu mhux magħruf minn kien il-moħħ wara l-attakk, iżda residenti qed jisħqu li kien wieħed mit-tribujiet Musulmani.
Fl-aħħar snin eluf ta’ bdiewi Nsara nqatlu minn tribu Musulman f’attakki simili marbuta ma’ kwistjonijiet fuq ir-reliġjon u l-artijiet.