Niġerja: 50 student inqatlu f’kulleġġ

50 student inqatlu minn tiri waqt li kienu reqdin f’dormitorju, fil-kulleġġ tal-Agrikultura f’Yobe fin-Niġerja.

Filwaqt li madwar 1,000 student ħarab minn fuq il-post, għadha għaddejja t-tfittxija għal aktar katavri.

Huwa suspettat li grupp ta’ Iżlamiċi wettqu dan l-attakk, kif ukoll taw in-nar lil xi klassijiet. Il-grupp, Boko Haram, qed jiġġieled kontra l-gvern Niġerjan sabiex iwaqqaf stat Iżlamiku. Hu qed jagħmel dan billi jattakka l-iskejjel.

Dan mhuwiex l-ewwel attakk li sar fuq skola f’dan ir-reġjun. F’Ġunju kienu mietu 13-il student u għalliema, u f’Lulju kienu mietu 42 student fi skejjel differenti.