​Nigel għandu bżonn appartament waħdu…Tista’ tgħin lil Puttinu?

Minħabba n-natura delikata tal-operazzjoni tiegħu, Nigel għandu bżonn appartament waħdu. Dan wara li ħareġ mill-isptar, u l-appartamenti ta’ Puttinu Cares f’Sutton f’Londra huma kollha mimlijin.
Fortunatament Puttinu sab koppja Maltija li tgħix l-Ingilterra li lesta żżommu.
Madanakollu Puttinu Cares ifakkar li l-għadd ta’ pazjenti qed jikber kuljum u li Puttinu għandu bżonn kuntatti ta’ nies li lesti jgħinu biex isibu l-post addattat sabiex tingħata dinjità lill-pazjenti Maltin u Għawdxin.