Nigel għadu kif lesta mill-operazzjoni

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca żaret il-pazjenti Maltin f’Sutton f’Londra, fosthom iċ-ċkejken Nigel li għadu kemm lesta operazzjoni ta’ trapjant tal-qalb b’suċċess.
F’dawk li l-President Coleiro Preca ddeskreviet bħala “mumenti emozzjonanti”, qalet li tħoss sens kbir ta’ gratitudni lejn il-Maltin u Għawdxin għall-ġenerożità tagħhom sabiex jgħinu lil dawk li jieħdu l-kura barra minn Malta.
Fost l-oħrajn hija ltaqgħet mal-pazjenti u l-familji tagħhom li jinsabu fl-appartamenti ta’ Puttinu Cares fosthom f’Martin Court u fil-Puttinu House.
Il-President żaret ukoll l-Isptar Royal Marsden li fih jingħataw il-kura għadd ta’ Maltin.
Ritratti: DOI – Clifton Fenech