​“Niffukaw fuq l-individwi minflok fuq l-għaqdiet”

Il-Ministru għall-Ambjent Leo Brincat qal li s-sena 2016 hija s-sena li fiha għandhom jitwettqu l-miri tal-iżvilupp sostenibbli.
Qal li dawn il-miri jinkludu sfidi ambjentali, tal-faqar, l-inugwaljanza bejn il-ġeneru, it-tkabbir ekonomiku u l-paċi u ġustizzja.
Meta indirizza t-tnedija tal-Junior Chamber International Malta il-Ministru Brincat qal li huwa ta’ fejda u ta’ ispirazzjoni li din l-organizzazzjoni qed tpoġġi l-individwi aktar milli l-organizzazzjonijiet infushom fiċ-ċentru tan-nomini tal-awards tagħhom.
Semma kif iż-żgħażagħ iridu jkunu aġenti tal-bidla pożittiva li lesti jindirizzaw l-isfidi tal-opportunitajiet li għandhom quddiemhom. 
Ritratt: DOI – Jeremy Wonnacott