Nies mejta wara li ferrovija spiċċat fit-triq

Minn tal-inqas tliet persuni ġew ikkonfermati mejta wara li ferrovija ħarġet mill-binarji u spiċċat fi triq, fl-istat ta’ Washington, fl-Istati Uniti.
Skont uffiċjali, madwar 72 persuna ttieħdu l-isptar wara li sofrew minn ġrieħi u xokk.
Numru sostanzjali minn dawk l-isptar jinsabu f’qagħda kritika.
Jidher li s’issa l-Awtoritajiet daru l-vaguni kollha tal-ferrovija iżda xorta waħda mhux qed ikun eskluż li jinstabu aktar persuni mejta.
Qed jingħad li din il-ferrovija kienet l-ewwel waħda li bdiet tuża din ir-rotta.
Apparti minn hekk, seba’ vettura, fosthom żewġ vannijiet, intlaqtu mill-vaguni li spiċċaw waqgħu ġot-triq. Minkejja li weġġgħu, ħadd minn dawn ma tilef ħajtu.