Nies li għamlu differenza fil-ħajja ta’ ħafna

Antonella Galea Loffreda

Waqt il-programm Il-Kelma li jixxandar illum fil-5.30pm fuq l-istazzjon One, Antonella Galea Loffreda ser titkellem ma’ Bernadette Briffa u mal-mistieden residenti Fr Louis Mallia, dwar is-suġġetti li joħorġu mill-Evanġelju tat-tieni Ħadd t’Ottubru.

Kif nistgħu ngħixu dawn il-Vangeli fil-ħajja tagħna ta’ kuljum? Huwa faċli jew diffiċli? F’dan il-programm qed naraw lil Maria Galea Farrugia taqra l-Evanġelju u t-talba li jikteb Fr Louis.

Robert Aloisio qed jikteb scripts dwar nies li għamlu differenza fil-ħajja ta’ ħafna. Nies li mhux dejjem huma magħrufa imma llum nafu bihom u nistgħu nieħdu l-eżempju tagħhom biex nagħmlu l-ġid ma’ ħaddieħor.

Peress li l-ġimgħa l-oħra xxandret l-intervista ma’ Fr Martin Cilia mssp dwar il-ktieb ġdid li ħareġ Living Stones,  l-istorja li ser nisimgħu llum hija dwar Malala. 

Il-produzzjoni eżekuttiva hi ta’ CPi media, b’direzzjoni ta’ Paul Jones.

Il-Kelma jkollu repetizzjoni għada l-Ħadd fl-10.30am fuq One.