Nies kattivi

Illejla fuq Net TV tkompli s-sensiela Fattigi bir-raba’ puntata mit-tielet staġun fejn naraw kif sejrin Olaf u Gregory fil-ħajja ġdida tagħhom man-nanna Emily. Olaf qed jipprepara biex imur interview biex jibda jaħdem. X’hemm f’moħħ Victoria dwar il-business li kellha oħtha u li issa spiċċa għand Catherine?

Mandy turi kemm hi stretta dwar ħinijiet fuq ix-xogħol tagħha bħala assistenta ta’ Catherine.

Dan hu dak li ġara fl-episodju tal-ġimgħa l-oħra:

Dan hu dak li se jiġri fl-episodju tal-lejla:

Fattigi għandu kitba ta’ Bryan Muscat, bi produzzjoni ta’ Watermelon Media. Jixxandar fuq Net TV illejla l-Ħamis fid-8.45pm.