Nies jindarbu quddiem il-parlament tar-Renju Unit

Diversi nies indarbu meta karozza ħabtet f’barriers quddiem il-bini tal-parlament tar-Renju Unit.

Skont il-BBC, pulizija armati u ambulanzi marru fuq il-post. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.30am ħin lokali.

Il-pulizija ċċirkundaw vettura u arrestaw raġel b’rabta ma’ dan il-każ. Skont il-Pulizija, ħadd minn dawk li ndarbu huma fil-periklu tal-mewt.

Scotland Yard ma tistax tgħid jekk l-inċident hux marbut mat-terroriżmu jew le bħalissa. Minkejja dan, ikkonfermat li se tkun qed titratta l-każ daqs li kieku kien attakk terroristiku sakemm tinstab aktar evidenza. Intant, diversi nies li kienu fuq il-post qalu li raw il-karozza tolqot lin-nies għal t’apposta.

Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin qal li ma kienx hemm Maltin li weġġgġu f’dan l-inċident. In-numru tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għolji ta’ Malta f’Londra huwa +0044 (0) 20 7292 4800.