Nies iweġġgħu hekk kif jaqa’ saqaf ta’ teatru f’West End

Għadd ta’ persuni li kienu qed jaraw il-musical Death of a Salesman fit-Teatru Piccadilly f’Londra ndarbu hekk kif waqgħet parti mis-saqaf tat-teatru.

Il-każ seħħ għal ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija.

It-Teatru Piccadilly jinsab f’West End Londra, u hu frekwentat minn għadd ta’ nies dilettanti tat-teatru.